Will Smith skuża ruħu pubblikament ma’ Chris Rock wara li tah daqqa ta’ ħarta waqt l-Oscars u qal li l-imġiba tiegħu kienet inaċċettabbli u inskużabbli.

Din l-apoloġija ġiet wara li l-akkademja tal-films tal-Oscars ikkundannat lil Smith dwar l-azzjoni tiegħu u ħabbret reviżjoni.

Smith ta’ daqqa ta’ ħarta lil Rock fuq il-palk wara li l-komiku qal ċajta dwar mart l-attur, Jada Pinkett Smith.

Rock iċċajta bil-fatt li Pinkett Smith għandha xagħarha mqaxxra, riżultat tal-kundizzjoni tal-apoleċja, li tikkawża telf tax-xagħar.

Ftit wara, Smith rebaħ l-ewwel Oscar fil-karriera tiegħu għall-aqwa attur.

Fi stqarrija li ġiet ippubblikata fuq Instagram, Smith qal li l-vjolenza fil-forom kollha tagħha hija velenuża u distruttiva.

Huwa qal li ċ-ċajt dwaru huma parti mix-xogħol tiegħu iżda ċajta dwar il-kundizzjoni ta’ martu kienet wisq għalih u ma felaħhiex u rreaġixxa emozzjonalment.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks