B’reazzjoni għall-aħbar li l-Ministru Chris Fearne irriżulta pożittiv għall-Covid-19, Arnold Cassola qajjem il-mistoqsija dwar x’se jiġri minn issa ‘l quddiem minħabba li proprju nhar is-Sibt, il-Papa Franġisku se jkun qed iżur Malta.
F’post li kiteb fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Arnold Cassola semma l-fatt li lbieraħ, il-Ministru Chris Fearne, il-Prim Ministru, il-President u l-membri kollha tal-kabinett kienu kollha miġbura flimkien fil-Palazz tal-President.
Huwa qal li skont il-liġi ta’ contact tracing, dawk kollha preżenti jridu jirċievu ittra li tgħid li għandhom joqogħdu kwarantina.
Aktar tard, Cassola tella’ post fejn qal li l-liġi ta’ kwarantina nbidlet, madanakollu huwa staqsa jekk il-ministri kollha għamlux swab test b’rispett tal-Papa.
