Sibtek jirritorna din id-darba ma’ personalitajiet mix-xena tad-drama Noli, Kurt Harmsworth u Tanya Agius Borg, mal-attriċi u pjanista Eileen Micallef u mal-brijuż u ħelu l-ħajjat Ernest Camilleri.
Sibtek din id-darba se jkun kollu sfidi ġodda u logħob totalment ġdid ma’ dawn il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar!
Waqt din l-edizzjoni Ernest se jkollu sorpriża minn mara li għamlitlu ħafna teatrini u kellhom ħafna stejjer flimkien.
Eileen se jkollha sorpriża ħelwa mingħand xi ħadd minn uliedha!
Kurt se jkollu jkanta lajv waqt Sibtek mingħajr ma kien ippjanat, għal tfajla li tammirah ħafna!
Tanya se jkollha sorpriża permezz ta’ ħafna ritratti u mingħand attriċi veterana!!!
Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.
Ma tonqosx il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.
Sibtek, jixxandar kull nhar ta’ Sibt, fuq TVM, mill-12:15 ‘l quddiem.
Jekk tħobb issegwi Sibtek, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!
