Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola se tkun l-ewwel mexxej ta’ istituzzjoni tal-UE li qed iżżur l-Ukrajna mill-bidu tal-invażjoni Russa.

Ma ngħataw l-ebda dettalji tal-vjaġġ qabel iż-żjara minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.

F’diskors li għamlet nhar it-Tnejn, Metsola qalet li huwa importanti li l-Parlament Ewropew jappoġġja l-aspirazzjoni ral-Ukrajna li tkun pajjiż kandidat għall-adeżjoni.

Ilbieraħ, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tellgħet ritratt tagħha nfisha fuq il-midja soċjali u qalet li tinsab fi triqitha lejn Kyiv.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks