Għada l-Ħadd it-3 t’April, fis-18:45 fuq TVM se jibda l-programm il-ġdid ta’ Ryan u Josmar, Home Sweet Home.

L-ewwel programm se jibda proprju mid-dar ta’ Ryan u Josmar, dan anke għaliex fil-programm Home Sweet Home mhux biss se jsiru trasformazzjonijiet iżda Ryan u Josmar se jkunu qed jaqsmu wkoll ħajjithom mas-segwaċi.

Fl-ewwel programm, Ryan u Josmar se jkunu qed iżuru l-post tal-proġett tagħhom u jiddiskutu flimkien jekk għandhom jieħdu dan il-proġett f’idejhom. Jidher li l-post jqanqal ċerti dubji lil Ryan minħabba li għandu ħafna sfidi u jeħtieġ trasformazzjonijiet drastiċi. Min-naħa l-oħra Josmar jidher li determinat li jidħol għal din l-isfida.

Nibdew niltaqgħu wkoll mat-tim ta’ Home Sweet Home li naturalment għandhom sehem importanti ħafna biex isiru t-trasformazzjoni. It-tim irid jiddeċiedi wkoll jekk jitteħidx il-proġett li għandhom quddiemhom!

X’se tkun id-deċiżjoni?

Home Sweet Home, programm b’differenza li żgur m’għandekx titlef!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks