F’post li tella’ fil-paġna ta’ Facebook ta’ Xarabank, Peppi qal li hija ħaġa sabiħa li għada l-Papa se jkun qed jiltaqa’ ma’ persuni vulnerabbli, madanakollu hemm persuni li mhumiex se jitħallew jiltaqgħu mal-Papa.
Peppi sostna li għandu informazzjoni li mil-lista ta’ persuni li NGOs f’Malta issuġġerew sabiex jiltaqgħu mal-Papa, hemm persuni li ġew irrifjutati.
Huwa qal ukoll li dawn il-persuni għadhom mhumiex infurmati li mhux se jitħallew jiltaqgħu mal-Papa.
Fost dawn il-persuni hemm dawk li kienu fil-prostituzzjoni, persuni mill-komunità LGBTIQ li fil-passat kienu l-ħabs kif ukoll ma’ wħud li bħalissa qegħdin jagħmlu programm mal- Caritas li qegħdin fil-proċess li jfiequ mid-droga.
Ikkumenta
