Ritratt li ċertament qed iqajjem diversi reazzjonijiet llum waqt l-ewwel jum taż-żjara tal-Papa Franġisku f’pajjiżna huwa dak li juri l-Papa flimkien mal-Prim Ministru, il-President, il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-ispeaker u l-membri parlamentari taż-żewġ naħat.

Filwaqt li wħud qed jammiraw dak li huma qed isejħu bħala sens ta’ għaqda, oħrajn jaħsbu li s-sens ta’ għaqda ma tirriflettix ir-realtà li qed ngħixu, partikolarment fl-aħħar ġimgħat li għaddew.

Oħrajn qegħdin isostnu li ma ttiħdux il-prekawzjonijiet neċessarji fid-dawl tal-pandemija li għadna għaddejjin minnha. Bosta kkummentaw u qajmu diversi mistoqsijiet dwar il-ministri u dawk li kienu preżenti għall-ġurament tal-ħatra tal-kabinett, wara li l-Ministru Fearne rriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks