Il-pulizija tal-kapitali tal-istat ta’ Kalifornja qalu li mill-inqas 6 persuni nqatlu u 12 indarbu fi sparaturi fiċ-ċentru ta’ Sacramento.

In-nies ħarbu mit-toroq wara li fis-sigħat bikrin tal-Ħadd instemgħu sparaturi rapidi f’żona mimlija ristoranti u bars.

Pulizija fil-qrib marru fuq il-post u sabet folla kbira ħafna miġbura. Instabu mijiet ta’ evidenzi minn fuq il-post, fosthom pistola misruqa.

Madanakollu s’issa, m’hemm l-ebda suspettat arrestat. Għaldaqstant ħeġġew lill-pubbliku biex iressaq kwalunkwe informazzjoni li tista’ tgħin biex jiġu identifikati dawk responsabbli.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks