Ftit tal-ħin ilu nstab katavru f’bagoll ta’ karozza li tappartjeni lil raġel bl-isem ta’ Mario Farrugia li kien irrappurtat nieqes.

Kelliem tal-pulizija qal li s’issa l-katavru għadu ma ġiex identifikat minħabba li nstab b’wiċċu mgħotti u fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.

S’issa l-pulizija rnexxielha tistabilixxi li huwa każ ta’ omiċidju, madanakollu għadha ma tistax tikkonferma kif u meta sar id-delitt minħabba li għad iridu jsiru aktar investigazzjonijiet.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks