Select Page

Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Oliver Scicluna ħabbar li ma ġiex elett bħala deputat għall-Partit Laburista fl-elezzjonijiet każwali li saru dalgħodu.

Fil-post, Oliver qal li l-avventura tiegħu fil-mixja politika tieqaf hawn filwaqt li jħares ‘il quddiem għal li ġej.

Huwa awgura wkoll lil dawk se jkunu qed jirrappreżentaw lill-poplu fil-Parlament.

Din kienet l-ewwel darba li Oliver Scicluna kkontesta l-elezzjoni ġenerali.

Wara li ma ġiex elett fl-elezzjoni ġenerali, Oliver tefa’ ismu għall-elezzjonijiet każwali fuq it-tieni u r-raba’ distrett.

Huwa kien qal li minkejja li telaq karriera li kienet għal qalbu, u għalkemm ma ġiex elett ma jiddispjaċih xejn li kien parti mill-ikbar rebħa tal-Partit Laburista u l-Prim Ministru Robert Abela.

Filwaqt li saħaq li daħal fil-politika biex ikun ta’ servizz għan-nies u mhux biex il-politika tkun ta’ servizz għalih personali, qal li għal darb’oħra, ħalla l-interessi personali tiegħu fil-ġenb u b’rispett lejn dawk kollha li wrew fiduċja fih ħass li għandu jieħu dan il-pass.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks