Select Page

Martin Ellul Mercer, ir-raġel Malti li jgħix proprju Kharkiv, l-Ukrajna u li ftit ilu ġie Malta għas-sigurtà tiegħu, jinsab fi triqtu lejn il-fruntiera għall-Ukrajna fis-Slovakkja sabiex jgħin lin-nies għadhom maqbuda fil-pajjiż.

F’post li tella’ fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Martin qal li fl-Ukrajna hemm nies, inklużi ħbieb tiegħu li ilhom jgħixu fi stat ħażin għal dawn l-aħħar 5 ġimgħat. Ħafna minnhom qed jgħixu f’bunkers u kantini mingħajr ilma, gass u elettriku.

Il-bżonn ta’ dawn in-nies huwa kbir u urġenti, u aktar minn kull ħaġa oħra, mediċina, partikolarment antibijotiċi, pilloli għall-uġigħ u sedattivi.

Martin qal li għalkemm forsi xi wħud jistgħu jaħsbu li hija ġennata li se jerġa’ jesponi lilu nnifsu għal periklu bla bżonn, ma jistax ma jagħmilx dan il-pass. Stqarr li meta wieħed jisma’ u jħoss kif inhi l-gwerra huwa impossibli li ma tirreaġixxix.

Spjega kif meta kien hemm hu esperjenza l-ansjetà u l-biża’ ta’ inċertezza, li jorqod u ma jafx jekk huwiex se jqum l-għada.

Il-pjan ta’ Martin huwa li jmur għal ġimagħtejn u jerġa’ jirritorna lejn Malta.

Saħaq li dawn in-nies għandhom bżonn l-għajnuna u li jekk jirnexxielu jgħin familja waħda jkun sodisfatt

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks