Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed javża lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni bis-Salmonella.


Isem tal-prodott:
Schoko-Bons


Dittà:
Kinder

Piż:
46g u 125g


Dati tad-durabbilità:
Id-dati kollha bejn u inkluż it-28/05/2022 sad-19/08/2022


Piż u Lottijiet: 46g: L291, L292, L302, L307, L308, L313, L319, L320, L321, L329, L330, L334, L335, L347, L350, L354
125g: L288, L291, L293, L301,L302, L306, L307, L310, L312, L313, L316, L319, L320, L321, L326, L327, L328, L329, L334, L337, L338, L341, L347, L348, L349, L351, L352, L356, L005, L006, L028, L029

Persuni infettati bis-Salmonella normalment jistgħu jiżviluppaw sintomi bejn sitt u tnejn u sebgħin siegħa wara l-infezzjoni. L-iktar sintomu komuni hija d-dijarea, li tista’ tkun anke bid-demm. Sintomi oħra jinkludu deni, uġigħ ta’ ras u uġigħ fiż-żaqq. L-infezzjoni ddum minn erbgħa sa sebat ijiem. Id-dijarea tista’ tkun severa li jkun hemm bżonn ukoll dħul fl-isptar.​

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks