Madwar 50 persuna, inklużi tfal, rrrappurtati mejta wara l-bumbardamenti fl-istazzjon tal-ferrovija fil-belt ta’ Kramatorsk, fil-Lvant tal-Ukrajna, fejn in-nies kienu qed jistennew ferroviji ta’ evalwazzjoni lejn reġjuni aktar sikuri tal-pajjiż.

Jidher li l-missila laqtet il-waiting room, fejn mijiet ta’ nies kienu qed jistennew il-ferrovija tal-evakwazzjoni.

L-istazzjon tal-ferrovija ta’ Kramatorsk kien ċentru kruċjali għall-evakwazzjoni tan-nies mir-reġjun ta’ Donbas.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks