Sa nofs is-seklu 19 kienet toħroġ purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Ħamis ix-Xirka mill-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata, il-Birgu.

L-Arċikonfraternità tas-Santissimu Rużarju tad-Dumnikani tal-Birgu kellhom sett Vari tal-Ġimgħa l-Kbira u kienu jorganizzaw purċissjoni f’Ħamis ix-Xirka ġewwa l-Birgu.

Għal xi raġuni mhux magħrufa din il-purċissjoni ma baqgħetx issir u l-aħħar darba li saret kienet għall-ħabta tal-1860.

Uħud mill-vari kienu inbigħu filwaqt li oħrajn baqgħu jinżammu fl-oratorju tar-Rużarju. Sfortunatament xi ftit mill-istatwi li baqgħu l-kunvent intilfu meta ġġarfu l-knisja u l-kunvent fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Wara 160 sena, il-vari reġgħu lura f’posthom u din is-sena, kull min iżur il-Knisja tal-Lunzjata, il-Birgu, jista’ jgawdi l-vari li fadal minn dan is-sett.

Inħeġġukom biex f’dawn il-jiem iżżuru u tgawdu dawn il-vari li kienu saru għall-ħabta tal-1750.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks