Soċju mill-qrib tal-Papa Franġisku ddefenda d-deċiżjoni tal-Vatikan li żewġ nisa, Russa u Ukrena, iġorru s-salib flimkien waqt purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
Kemm l-ambaxxatur Ukren għas-Santa Sede kif ukoll l-Arċisqof ta’ Kyiv esprimew il-ħsibijiet tagħhom kontra din id-deċiżjoni, minħabba l-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna.
In-nisa huma t-tnejn infermiera li jaħdmu flimkien fi sptar ta’ Ruma.
Il-purċissjoni bit-torċi fil-Kolossew ta’ Ruma hija parti tradizzjonali mill-osservanzi tal-Ġimgħa Mqaddsa tal-Vatikan.
Il-Vatikan ma kkummentax immedjatament għall-kritika dwar din id-deċiżjoni.
Meta wieġeb għall-kritika, Dun Antonio Spadaro, saċerdot Ġiżwita f’Ruma li hu qrib il-Papa Franġisku, iddefenda l-parteċipazzjoni taż-żewġ nisa fil-purċissjoni solenni.
Huwa qal li din id-deċiżjoni li ż-żewġ nisa jġorru s-salib flimkien urtat daqshekk għaliex jirrappreżentaw xi ħaġa li diffiċli tinkiseb bħalissa, il-paċi.
In-nisa, li ġew intervistati fuq it-TV tal-istat Taljan aktar kmieni din il-ġimgħa, esprimew sodisfazzjon għar-rwol tagħhom fil-purċissjoni u tkellmu dwar il-ħbiberija tagħhom
Filwaqt li l-Papa ma semmiex il-kontroversja li nqalgħet dwar dan waqt li indirizzat l-udjenza ġenerali nhar l-Erbgħa, huwa qal rrefera l-aggressjoni militari f’dawn il-jiem bħala “għajb kontra Alla.”
Il-Papa Franġisku appella għall-waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna għall-Għid, li din is-sena se jkun nhar il-Ħadd is-17 t’April.
