Select Page

Minkejja r-riħ qawwi li ħakem matul il-lejl, eluf attendew bi ħġarhom għall-mixja li ssir kull sena fi sbieħ il-Ġimgħa l-Kbira b’risq Puttinu.

B’dlfferenza għas-snin ta’ qabel, fejn il-mixja kienet tibda mill-pjazza ta’ quddiem il-knisja tal-Mellieħa sa dik tal-Isla, din id-darba bdiet ukoll mill-pjazza tal-Mosta, bħala tislima lejn il-Konsulent Victor Calvagna, li kien ukoll il-President ta’ Puttinu Cares.

Il-mixja waqfet il-Qawra, fejn proprju seħħ l-inċident traġiku li kkawża l-mewt tal-Konsulent Victor Calvagna, li tant kien maħbub, partikolarment mit-tfal li ġew bżonn l-għajnuna tiegħu u l-familji tagħhom.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks