Gwen Gravina, it-tifla li tant tisraq qlub u taqsam magħna diversi riċetti ta’ ikel bnin, din is-sena rnexxielha tiġbor €2260 għal Puttinu, minn 327 figolla li hi flimkien mal-mamà għamlu f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Din ma kinitx l-ewwel darba li Gwen użat il-ħiliet tagħha biex tagħti kontribut lil Puttinu għaliex s’issa hija ppubblikat żewġ kotba tat-tisjir, li parti mill-qligħ tagħhom mar għal Puttinu.

Bħalissa għaddejja maratona ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu Cares, fuq l-istazzjonijiet lokali kollha.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks