Preżenti biex jagħtu s-sehem tagħhom fil-maratona ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu li għaddejja bħalissa, kien hemm Antoine u Solange Magri, il-ġenituri taċ-ċkejken Juan.

Antoine u Solange tilfu lil binhom Juan 9 ġimgħat biss wara li twieled, kawża ta’ tumur f’rasu.

Minkejja t-tbatija li din il-firda ġabet magħha, Antoine u Solange baqgħu jagħtu s-sehem tagħhom u jagħżlu differenza lil tfal oħra li qed jieħdu l-kura fl-isptar u l-familji tagħhom.

Wara storja bħal tagħhom wieħed jista’ jistaqsi xi jwassal lill-ġenituri li jibqgħu jagħtu sehemhom anke lil Puttinu Cares, wara li tilfu lil binhom.

Ir-risposta hija ċara ħafna, Antoine u Solange, bħal ħafna ġenituri u familji oħrajn sabu lil Puttinu Cares hemm għalihom, jassistihom fil-mumenti li tant kellhom bżonn u jtaffilhom ftit mit-toqol tas-sitwazzjoni li wieħed ikun qed jiffaċċja f’ċirkostanzi bħal tagħhom u oħrajn differenti.

Miriam Casha, omm Solange, kitbet ittra lil Solange u Antoine, li qraha Peppi waqt il-maratona ta’ Puttinu.

Fiha, Miriam, in-nanna ta’ Juan, esprimiet l-uġigħ tagħha għat-telfa tan-neputi li qatt ma tista’ tisimgħu jsejħilha “nanna”, l-uġigħ ta’ Antoine u Solange, imma wkoll l-uġigħ tagħha bħala omm li rat lil bintha ssofri u ma setgħetx tkun magħha fiżikament minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

L-istallett li ħassejt int Solange f’qalbek, meta rajt lil Juan jagħlaq għajnejh għall-aħħar darba għadni nħossu f’qalbi sal-lum, kuljum.”

Miriam Casha

Hija esprimiet l-imħabba tagħha lejn bintha imma wkoll lejn Antoine, fejn qalet li għaliha qisu binha u li tħossha grata u xxurtjata li Solange sabet lilu bħala żewġha.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks