Sibtek f’Sibt il-Għid din id-darba ma’ personalitajiet kollha komiċi u atturi fosthom Jamie Cardona, Marceline Galea, Simon Curmi u Laura Bruno.
Sibtek, li jixxandar fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem, din id-darba se jkun fih ħafna ċajt, candids u anke ħafna żfin!
Waqt din l-edizzjoni Simon se jiltaqa’ mal-idolu fil-karriera tiegħu!
Jamie Cardona se jkollu blind date!
Marcelline se tiltaqa’ mal-kantanta lokali favorita tagħha li għamlet diversi suċċessi malta u anke barra.
LAURA għanda ħolma u se ssir realtà waqt Sibtek!
Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.
Ma tonqosx ukoll il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.
Jekk tħobb issegwi Sibtek, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!
