Select Page

Il-membru parlamentari Nazzjonalista Eve Borg Bonello għadha ssostni li ma taqbilx mal-mekkaniżmu tal-ġeneru anke wara li ġiet eletta b’din is-sistema.

F’intervista li saret minn Lovin Malta, Eve Borg Bonello, li hija l-iżgħar membru parlamentari fl-istorja tal-Parlament Malti u x’aktarx tad-dinja wkoll, qalet li kieku jkun hemm vot dwarha fil-Parlament, tivvota kontriha, għaliex temmen li n-nisa kapaċi jaslu waħedhom.

Hija sostniet li bis-sistema tal-mekkaniżmu tal-ġeneru, inqas nisa ġew eletti fl-elezzjonijiet oriġinali anke jekk aktar tard żdiedu fl-elezzjonijiet każwali.

Saħqet li l-votant Malti jrid kontroll fuq min jirrappreżentahom u li dan huwa ġust. Żiedet tgħid li din hija demokrazija bażika, u li ladarba l-votant Malti jitlef il-kontroll, jirribella.

Il-pożizzjoni tagħha dwar il-kwistjoni qajmet diversi reazzjonijiet u tħassib dwar jekk kellhiex iċċedi postha u tirrifjuta s-siġġu ladarba ma taqbilx mas-sistema. Madanakollu, Eve Borg Bonello sostniet li kieku għamlet hekk kien ikun diżrispett lejn dawk li vvutawlha.

Meta ġiet mistoqsija jekk kinitx grata lejn Joseph Muscat li rnexxielha tiġi eletta fil-Parlament, Eve Borg Bonello wieġbet li mhijiex grata lejn il-kriminali.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks