Ir-Russja pprojbixxiet lill-Prim Ministru Boris Johnson u ministri oħra milli jidħlu fir-Russja minħabba l-pożizzjoni tar-Renju Unit dwar il-gwerra fl-Ukrajna.

Moska qalet li d-deċiżjoni ttieħdet b’ritaljazzjoni għas-sanzjonijiet tar-Renju Uniti kontriha minn meta invadiet l-Ukrajna.

Nhar is-Sibt li għadda Boris Johnson żar Kyiv, wieħed minn diversi politiċi Ewropej li marru fil-kapitali tal-Ukrajna biex jiltaqgħu mal-President Zelenskyy u juru solidarjetà mal-Ukrajna.

Il-gvern Brittaniku wiegħed li jipprovdi armi ta’ grad għoli li jiswew €120 miljun, inklużi missili, lill-Ukrajna.

Johnson ikkonferma wkoll aktar appoġġ ekonomiku, li jiggarantixxi €550 miljun addizzjonali f’self mill-Bank Dinji lill-Ukrajna, u b’hekk il-garanzija ta’ self totali tal-Gran Brittanja sa €1.1 biljun.

F’nofs Marzu r-Russja ħabbret projbizzjoni tal-ivvjaġġar simili fuq il-President tal-Istati Uniti Joe Biden u uffiċjali oħra tal-Istati Uniti.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks