Fil-maratona ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu Cares li saret ilbieraħ, proprju fil-Ġimgħa l-Kbira, inġabret somma rekord ta’ aktar minn €3,133,430.

Dawn il-fondi se jwasslu biex it-tim dedikat ta’ Puttinu Cares ikunu jistgħu jixtru binja fiċ-ċentru ta’ Londra li fiha se jkunu jistgħu jgħixu familji Maltin u Għawdxin li jiġu bżonn kura medika fl-isptarijiet tal-Ingilterra.

Din il-binja, li se jkun fiha għadd ta’ appartamenti, se tiġi msemmija għall-Konsulent Victor Calvagna.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks