Fil-messaġġ tiegħu f’Jum l-Għid il-Kbir, il-Papa Franġisku qal li d-dinja qed timmarka “Għid ta’ gwerra,” u appella għall-paċi fl-Ukrajna, li qal li ġiet imdaħħla fi gwerra krudili u bla sens.

Waqt li kien qed jagħti l-barka annwali tiegħu tal-Għid, il-Papa qal li rajna wisq demm u vjolenza u li qlubna mtlew bid-dieqa u l-biża’.

Il-Papa appella biex tittieħed id-deċiżjoni għall-paċi u tieqaf il-gwerra.

Madwar 100,000 ruħ attendew għall-Quddiesa tal-Għid tal-Papa fi Pjazza San Pietru u żoni fil-viċin.

Fosthom kien hemm diversi politiċi Ukreni, fosthom Ivan Fedorov, is-sindku elett tal-belt tal-Ukrajna Melitopol, li x-xahar li għadda nżamm mill-Forzi Russi u ġie akkużat b’reati terroristiċi.

Il-Papa Franġisku semma lill-vittmi tal-gwerra u dawk li qed jiftħu l-bibien u jilqgħu, u jgħinu lil eluf ta’ refuġjati li qed jaħarbu mill-gwerra.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks