F’intervista mas-CNN, il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy qal li l-pajjiżi kollha tad-dinja għandhom ikunu ppreparati għall-possibilità li l-President Russu Vladimir Putin jista’ juża armi nukleari tattiċi fil-gwerra tiegħu kontra l-Ukrajna.
Huwa qal li Putin jista’ jdur għal armi nukleari jew kimiċi għax ma jimpurtahx mill-ħajja tan-nies tal-Ukrajna. Madanakollu sostna li din hija inkwetanti għall-pajjiżi tad dinja kollha u mhux biss għall-Ukrajna.
Saħaq li minħabba l-intoppi militari kollha li ffaċċjat ir-Russja s’issa, jista’ jkun possibbli li r-Russja tasal biex tieħu dak il-pass.
Ikkumenta
