Il-ġid li l-Konsulent Victor Calvagna għamel matul ħajtu, baqa’ jiġġedded anki wara mewtu.
F’kummenti li martu Carmen tat lil TVMNews l-għada tal-maratona ta’ Puttinu, qalet li bl-istess mod li żewġha ta’ ħajja ġdida lill-pazjenti fil-battalja tagħhom mal-kanċer, għamel l-istess ma’ pazjenti li kienu qed jistennew trapjant.
Carmen Calvagna qalet li żewġt ikliewi u l-kornea tal-għajnejn tal-Konsulent Victor Calvagna issa qed jagħtu ħajja ġdida lil persuni li tant kellhom bżonn.
Hija stqarret li tifhem aktar minn xiex jgħaddu persuni li qed jikkumbattu mal-kanċer u l-familji tagħhom għaliex anki hi għaddiet mill-istess battalja u għadha għaddejja s’issa bil-kura.
Ikkumenta
