Nhar is-Sibt fi tmiem il-quddiesa tal-viġili tal-Għid fil-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata, il-Birgu, iżżanżnet statwa ġdida ta’ Kristu Rxoxt biex tintrama fuq l-artal maġġur tal-istess knisja.

Din l-istatwa ġiet maħduma mill-artist Għawdxi Pawlu Aquilina filwaqt li r-raġġiera hija xogħol Joseph Saliba minn Ħaż Żabbar.

Waqt l-inawgurazzjoni, l-istatwa itellgħet b’mod mekkanizzat minn wara l-artal maġġur fost iċ-ċapċip u l-ferħ tan-nies li ħonqu l-knisja tal-Lunzjata, għall-funzjoni tal-viġili tal-Għid.

Din ix-xbieha ta’ Kristu Rxoxt turi lil Ġesù Kristu jipponta lejn il-qalb li ġiet minfuda b’lanza li tissimbolizza l-imħabba u l-ħniena t’Alla.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks