Wara ċ-ċelebrazzjonijiet li tant kienu mistennija tal-festa tal-Għid il-Kbir, qed jiċċirkolaw żewġ filmati fuq il-midja soċjali li ġibdu l-attenzjoni ta’ bosta.
Wieħed mill-filmati juri wieħed mir-reffiegħa ta’ Kristu Rxoxt jaqa’ waqt il-ġirja tradizzjonali f’Bormla!
Apparentament, skont persuni qrib tar-reffiegħ, ir-raġel, li ilu jieħu sehem fil-ġirja għal snin twal, kiser kustilja imma ma jinsabx f’kundizzjoni ħażina meta tikkunsidra li l-konsegwenza ta’ din il-waqgħa setgħet kienet ħafna agħar.
Filmat li ċertament nissel tbissima juri lil wieħed mir-reffiegħa jaqagħlu l-qalziet waqt il-ġirja bi Kristu Rxoxt!
Ikkumenta
