Il-futboler ta’ Manchester United Cristiano Ronaldo u s-sieħba tiegħu Georgina Rodriguez ħabbru l-mewt tat-tarbija tagħhom.
Il-koppja, li kienu qed jistennew tewmin, ħabbru dan fuq il-midja soċjali u qalu li dan hu l-ikbar uġigħ li jista’ jħoss kwalunkwe ġenitur.
It-tarbija l-oħra, li hija tifla, baqgħet ħajja. Il-koppja qalu li t-twelid tagħha jagħtihom is-saħħa biex jgħixu dan il-mument bi ftit tama u ferħ.
Manchester United, Real Madrid, Manchester City, Leeds United u l-Premier League qasmu messaġġi ta’ kondoljanzi u sapport lill-koppja fuq il-midja soċjali, f’dan iż-żmien tant diffiċli.
Your pain is our pain, @Cristiano 💔
Sending love and strength to you and the family at this time. https://t.co/24oyEV8CQi
— Manchester United (@ManUtd) April 18, 2022
Il-koppja kienu ħabbru t-tqala f’Ottubru.
Ronalfo għandu tifel, Cristiano Jr, li twieled fl-2010 u tewmin, Eva u Mateo, li twieldu fl-2017. Għandu wkoll tifla ma’ Rodriguez, Alana Martina, li twieldet fl-2017.
