Aħbar tajba għas-segwaċi tas-sensiela popolari Iċ-Ċaqqufa hija dik li se tkun qed tirritorna bir-raba’ staġun minn Diċembru li ġej.

Ir-raba’ staġun ta’ Iċ-Ċaqqufa, li hija produzzjoni ta’ Watermelon Media, se jkun jikkonsisti fi 15-il episodju u se jkunu qed jixxandru fuq l-istazzjon Go Stars.

L-ewwel tliet staġuni ta’ Iċ-Ċaqqufa kienu xxandru fuq TVM bejn l-2013 u l-2016.

Bryan Muscat, li se jkun qed jidderieġi r-raba’ staġun, flimkien mal-protagonista ewlenija tas-sensiela, Lara Azzopardi u diversi atturi oħrajn, stabbiliti u oħrajn ġodda, se jkunu qed ikomplu jwasslulna l-ħajja ta’ Rose.

Din l-aħbar intlaqgħet tajjeb ħafna minn uħud, madanakollu, bosta esprimew id-diżappunt tagħhom għall-fatt li mhumiex se jkunu jistgħu jsegwu l-episodji peress li wieħed irid ikun abbonati mal-GO biex ikun jista’ jsegwi.

B’reazzjoni għal dan, il-kittieb u produttur tas-sensiela, Pierre Portelli, spjega li r-raba’ staġun tas-sensiela Iċ-Ċaqqufa ġie rrifjutat minn TVM u kien il-GO li investa u kkollabora biex din il-produzzjoni tkun tista’ titkompla.

Reċentement, l-istazzjon Go Stars xandar ukoll l-ewwel staġun ta’ Chalet, produzzjoni ta’ Sharpshoot Media.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks