Select Page

Hekk kif l-attakki fuq il-Lvant u n-Nofsinhar tal-Ukrajna jkomplu jintensifikaw, l-Istati Uniti u diversi mexxejja tal-Punent qed jibagħtu aktar armi u ajruplani tal-gwerra.

Dan wara li l-President Ukren Volodymyr Zelenskyy appella għal aktar għajnuna militari biex ikomplu jiddefendu lill-pajjiż hekk kif il-gwerra daħlet f’fażi kruċjali, dik li qed tissejjaħ bħala l-“battalja għal Donbas.”

Il-Lvant ta’ Donbas, li jinkludi r-reġjuni ta’ Luhansk u Donetsk, huwa fejn ir-Russja qed tattakka bħalissa.

Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy qal li l-“battalja għal Donbas” bdiet nhar it-Tnejn hekk kif l-attakki eskalaw, u wiegħed li l-Ukrajna se tpoġġi reżistenza ħarxa għall-attakki tar-Russja.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks