Select Page

Sibtek li jmiss din id-darba ma’ ħafna kantanti u influencers fosthom Abigail Vick, Victorio Gauci, Jade Vella u Malcolm Pisani.

Se jkun programm mimli ċajt, candids u anke xi ftit emozzjoni!

Waqt din l-edizzjoni Abigail se tiltaqa’ man-nanna tagħha li hija l-idolu tagħha!

Malcolm Pisani se jkollu l-blind date!

Victorio ġej kantant jiddedikalu diska… imma dan jiġi minnu?!

Jade Vella għandha messaġġ mingħand l-ikbar ammiratur tagħha!! Min hu?!

Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.

Bħal dejjem, ma tonqosx il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.

Jekk tħobb issegwi Sibtek, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks