Select Page

F’konferenza tal-aħbarijiet, id-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li mit-2 ta’ Mejju se jitneħħew il-kumplament tar-restrizzjonijiet li għad hawn fis-seħħ bħalissa ħlief għal xi eċċezzjonijiet.

Mit-2 ta’ Mejju, kemm min hu mlaqqam kif ukoll jekk le, se jkunu obbligati biss li joqogħdu kwarantina dawk li jirriżultaw pożittivi biss għal 7 ijiem. Mas-seba’ jum wieħed irid jagħmel test u jekk joħroġ pożittiv, jagħmel tlett ijiem oħra.

Dawk li jgħixu ma’ persuna li tkun pożittiva għall-Covid-19, huwa rrakkomandat li jagħmlu rapid test fit-tielet ġurnata imma mhumiex obbligati li joqogħdu kwarantina.

Madanakollu, Dr Fearne qal li dan ma japplikax għal dawk fl-isptarijiet u d-djar tal-anzjani. F’dan il-każ dawk li jgħixu ma’ xi ħadd pożittiv għandhom jiżolaw ruħhom.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks