Ilbieraħ ġiet fi tmiemha t-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija, ippreżentat minn Clare Agius, Keith Demicoli u Moira Delia.

Wara ħidma bla heda minn numru kbir ta’ nies, fosthom kantanti, kompożituri u awturi sabiex jittellgħu tliet serati mimlija b’talent Malti mill-isbaħ, sirna nafu r-riżultat tat-tieni edizzjoni ta’ dan il-festival li tant qed jintlaqa’ tajjeb mill-pubbliku.

Bla Tarf kantanta minn Kurt Calleja, miktuba minn Kurt Calleja u kompożizzjoni ta’ Kurt Calleja, Aleandro Spiteri Monsigneur u Peter Borg, ġiet ikklassifikata fl-ewwel post b’101 punt, Tkun ‘l Hawn Għaddi kantata mill-grupp mużikali Kantera, miktuba minn Joe Julian Farrugia u kompożizzjoni ta’ Elton Zarb, ġiet ikklassifikata fit-tieni post b’94 punt filwaqt li Ġmielek kantata minn Claudia Faniello, miktuba minn Joe Julian Farrugia u kompożizzjoni ta’ Philip Vella, ġiet ikklassifikata fit-tielet post bi 88 punt.

Erġa’ segwi l-prestazzjonijiet kollha tas-serata finali:

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks