Sibtek li jmiss ma’ ħafna personalitajiet Maltin minn xeni differenti. Il-preżentatur Brandon Terribile, it-tiktoker u make up artist Marlene Vassallo, l-istilla ta’ X Factor Drakard u l-mudella u kantanta Marilena Gauci.

Waqt din l-edizzjoni, il-president Emeritu Marie Louise Coleiro Preca se tagħti sorpriża lil xi ħadd fuq Sibtek!

Imma lil min u għaliex?!

Hemm minn se jirċievi rigal li qatt ma immaġina li se jkollu waqt Sibtek li jmiss!

il-blind date se tkun hemm ukoll!

Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.

Bħal dejjem, ma tonqosx il-mużika live flimkien ma’ Christian Arding.

Jekk tħobb issegwi Sibtek, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!

Mill-12:15 ‘l quddiem fuq TVM!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks