Wara li lbieraħ, kmieni wara nofsinhar, ir-rappreżentanta Maltija għall-Eurovision Song Contest, Emma Muscat, erħitilha lejn Turin u bdiet il-vjaġġ tagħha f’dan il-festival tant segwit mill-Maltin u l-Għawdxin, ftit tal-ħin ilu lestiet l-ewwel prova tagħha fuq il-palk.

Jidher li Emma, akkumpanjata mill-pjanu u erba’ żeffiena saħħret l-arena bil-vuċi u l-enerġija tagħha għall-interpretazzjoni tal-kanzunetta I Am What I Am.
Minbarra l-vuċi eċċezzjonali ta’ Emma, jispikkaw il-libsa tleqq u l-kulur dehbi tal-palk waqt l-ewwel prova tagħha.

Emma mistennija tagħmel it-tieni prova tagħha nhar il-Ħamis.
@eurovision Giving us all the sparkles ✨🎹🇲🇹 @EmmaMuscat used her piano skills and, of course, her vocal skills during the first rehearsal at #Eurovision #Eurovision2022 #EurovisionTikTok ♬ original sound – Eurovision
Ikkumenta
