Il-Papa Franġisku nhar il-Ħadd iddeskriva l-invażjoni tar-Russja tal-Ukrajna bħala “rigressjoni makabra tal-umanità”, u qal li jitbikkem jaħseb fit-tbatija li għaddej minnha l-poplu Ukren.
“Insofri u nitbikkem, naħseb fit-tbatija tal-poplu Ukren, u b’mod partikolari tal-aktar vulnerabbli, l-anzjani u t-tfal. ”
Papa Frangisku
Saħansitra hemm rapporti terribbli ta’ tfal li ġew imkeċċija u deportati,” qal il-Papa wara li mexxa reċita tat-talb Regina Coeli li tagħti ġieħ lill-Omm Verġni.
Huwa qal li l-ħsibijiet tiegħu imorru immedjatament fuq il-belt Ukrena ta’ Mariupol, li ġiet ibbumbardjata u meqruda b’mod barbaru.
Il-Papa kompla jappella biex jitwaqqfu kurituri umanitarji sikuri” għal dawk maqbuda fil-belt u staqsa jekk hux qed isir dak kollu possibbli biex jitwaqqaf il-ġlied.
