Il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista appoġġja b’mod unanimu lil Bernard Grech wara li ċaħad l-allegazzjonijiet li għamel l-eks deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi dwaru.
Wara laqgħa li saret mal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qal li l-allegazzjonijiet li saru huma serji ħafna u li mill-ewwel ċaħad kategorikament kull allegazzjoni.
Ilbieraħ, fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Jason Azzopardi ħabbar li ta r-riżenja tiegħu mill-Partit Nazzjonalista lis-Segretarju Ġenerali.
Ikkumenta
