Dalgħodu waqt il-programm TVAM, li jixxandar fuq TVM, l-ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia ħabbar li l-President Ukren Volodymyr Zelenskyy mistenni jindirizza l-Parlament Malti nhar it-tlieta li ġej fl-16:00.

Dan wara li waqt telefonata mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Dmytro Kuleba, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg talbu jikkunsidra sabiex Zelenskyy jindirizza lill-Parlament Malti. Huwa kien qal li l-Ministru Ukren wegħdu li se jirrakkomanda biex dan isir.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks