Select Page

Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, dalgħodu Bjorn wassal l-awguri tiegħu għal Jum l-Omm, iżda mhux biss, għaliex kellu aħbar sabiħa x’jaqsam magħna!

Bjorn ħabbar li għandhom membru ġdid fil-familja tagħhom!

“Minkejja li m’aħniex ġenituri, bi pjaċir imħabbar li għandna membru ġdid fil-familja tagħna.”

Bjorn

Huwa spjega li l-kelb ġie mogħti lilhom bħala rigal minn donatur li xtaq jgħin lir-residenti ta’ Dar Bjorn biex il-kelb ikun jista’ jkun ta’ terapija għalihom.

Bjorn qal li l-kelb, li jismu Dar, hu l-mimmi t’għajnejhom u għalkemm ma jlissinx il-kelma “Ma” imma huwa d-dell ta’ Maria u jqisuha bħala ommu.

B’hekk, Bjorn qal li għall-ewwel darba jista’ jawgura lil Maria f’dan il-jum speċjali.

Stqarr li f’dawn il-ġimgħat li ilu magħhom, ġabilhom ħafna ferħ.

Fl-aħħarnett, Bjorn irringrazzja lil Maria ta’ kemm tieħu ħsieb lilu u liċ-ċkejken tagħhom Dar.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks