L-Omm.
Fit-tieni Ħadd ta’ Mejju,
l-isem tal-omm idoqq ħlejju.
U bilfors għax tagħmel kollox ħelu.
Anke fl-itqal żmien tqil u morr,
Tipprova żżomm lill-familtha kuntenta billi l-imrar waħedha ġġorr
Tagħmel kull tip ta sagrifiċċju u kieku qatt tismagħha tgorr!
X’imħabba hi din?
Biex nifhimha irrid is-snin!
Għax l-omm mhux dik biss li minn ġufha twelled
Imma hi kull mara li b’imħabbitha kapaċi twarrad
U lil diversi ħajjiet bil-fwieħa t’għemilha tfewwaħ
Biex lid-dinja b’ħafna lwien diversi din issebbaħ!
Ikkumenta

Kontributriċi