Ingredjenti (għal 6 porzjonijiet):
600g noodles jew ross
750g laħam rib eye, biċċa sħiħa
Lanġasa, imqaxxra u maħkuka jew imqatta’ rqiqa
125ml soy sauce
Żewġ imgħaref zokkor ismar
Żewġ imgħaref żejt tal-ġunġlien
Tliet sinniet tewm, mgħafġin
Mgħarfa ġinġer maħkuk frisk
Mgħarfa gochujang (pejst tal-bżar aħmar Korean)
Żewġ imgħaref żejt veġetali, maqsum fi tnejn
Żewġ basal aħdar, imqatta’ rqaq
Kuċċarina ġunġlien
Żewġ imgħaref cashews
Metodu:
- Kebbeb il-laħam fi clingfilm, u poġġi fil-friża għal 30 minuta.
- Oħroġ il-laħam mill-friża u qattgħu f’biċċiet irqaq ta’ 1/4 ta’ pulzier.
- Fi skutella medja, ħallat flimkien il-lanġas, is-soy sauce, iz-zokkor ismar, iż-żejt tal-ġunġlien, it-tewm, il-ġinġer u il-gochujang.
- F’kaxxa jew skutella li tingħalaq sew, ħallat it-taħlita tas-soy sauce u l-laħam flimkien.
- Ħallih jimmarina għal mill-inqas sagħtejn, waqt li tħawwdu kultant.
- Saħħan mgħarfa żejt veġetali fi grill pan fuq nar medju-għoli.
- Aħdem f’żewġ lottijiet. Żid il-laħam fuq il-grill f’saff wieħed u sajjar miż-żewġ naħat għal madwar 3 minuti fuq kull naħa.
- Irrepeti bil-kuċċarina taż-żejt veġetali u l-laħam li fadal.
- Servi immedjatament, imżejjen bil-basal aħdar, cashews u l-ġunġlien.

L-ikla t-tajba!
Ikkumenta

Kontributriċi