Ġurnalista li ilha taħdem għal żmien twil għal Al Jazeera Arabic inqatlet b’tiri minn suldati Iżraeljani waqt li kienu qed jagħmlu rejd fil-belt ta’ Jenin fix-Xatt tal-Punent.

Abu Akleh ittieħdet b’urġenza fi sptar f’Jenin f’qagħda kritika, fejn ġiet iddikjarata mejta ftit wara, skont ġurnalisti ta’ Al Jazeera.

Hija kienet liebsa sidrija li turi li hija ġurnalista u kienet wieqfa ma’ ġurnalisti oħra meta nqatlet.

Ġurnalist ieħor ta’ Al Jazeera, Ali al-Samoudi, weġġa’ wkoll b’tiri f’dahru iżda issa jinsab f’kundizzjoni stabbli.

Il-kap tad-dipartiment tal-mediċina fl-Università al-Najah f’Nablus ikkonferma li t-tiri laqtu lil Abu Akleh f’rasha. Il-katavru tagħha ġie trasferit għalk-awtopsja abbażi ta’ ordni mill-prosekuzzjoni pubblika. Il-katavru ta’ Abu Akleh inħareġ mill-universita’ mgħotti b’bandiera Palestinjana.

Al Samoudi u ġurnalist u oħra fuq il-post qalu li ma kien hemm l-ebda suldati Palestinjani preżenti meta sparaw fuqhom, u kkontestaw direttament stqarrija Iżraeljana li tirreferi għall-possibilità li kienu suldati Palestinjani li sparaw.

Huwa spjega kif hekk kif kienu se jiffilmjaw l-operazzjoni tal-armata Iżraeljana, f’daqqa waħda sparaw fuqhom mingħajr ma talbuhom jitilqu jew jieqfu jiffilmjaw.

Shatha Hanaysha, ġurnalista lokali li kienet ħdejn Abu Akleh meta nqatlet, qalet ukoll lil Al Jazeera li ma kien hemm l-ebda konfrontazzjoni bejn is-suldati Palestinjani u l-armati Iżraeljani. Hija sostniet li l-grupp ta’ ġurnalisti kien fil-mira direttament.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks