Raġel Tork ta’ 47 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ f’ħofra f’sit ta’ kostruzzjoni fir-Rabat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:10. Pulizija flimkien ma’ uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll uffiċjali mill-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà marru fuq il-post.
Wara li nħareġ mill-ħofra ta’ madwar 18-il metru, huwa ttieħed b’urġenza l-isptar Mater Dei fejn irriżulta li weġġa’ gravi.
Ikkumenta
