Select Page

Raġel Pollakk ta’ 37 sena kien ikkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn u multa ta’ €800 wara li hu stess ammetta li kien xurban u hedded erba’ pulizija li joqtolhom jekk imissulu l-mara.

Skont tvmnews.mt, dan seħħ meta fil-lejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Mejju, ir-raġel kellu argument ma’ martu wara lejl twil ta’ xorb hekk kif din kellha inċident u kellha bżonn kura medika.

Ir-raġel insulenta u hedded lill-pulizija li joqtolhom jekk imissulu l-mara hekk kif dawn intervjenew u ssuġġerew li l-mara tintbagħat l-isptar.

Skont ir-rapport, jidher li aktar tard huwa kkompeta mal-pulizija kif ukoll skuża ruħu quddiem il-Qorti.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks