Waqt laqgħa dwar kwistjonijiet ekonomiċi, il-President Russu Vladimir Putin qal li s-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja mill-Punent qed “jipprovokaw” kriżi globali.

Skont il-mexxej Russu, it-tkomplija ta’ dik li hu rrefera għaliha bħala l-“ossessjoni tas-sanzjonijiet” tal-Punent inevitabbilment se twassal għall-“konsegwenzi l-aktar diffiċli u intrattabbli” għall-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-ifqar pajjiżi fid-dinja.

Huwa saħaq li t-tort għal dan huwa kompletament tal-pajjiżi tal-Punent, li huma lesti li jissagrifikaw il-bqija tad-dinja sabiex iżommu d-dominanza globali tagħhom.

Putin żied jgħid li r-Russja qed tlaħħaq mal-isfidi esterni pprovokati mis-sanzjonijiet tal-Punent u l-inflazzjoni fil-pajjiż qed tonqos.

Sostna li ż-żieda ta’ kull ġimgħa fil-prezzijiet diġà niżlet għal 0.1%, dan huwa diġà qrib ir-rata ta’ tkabbir ta’ kull ġimgħa li tikkorrispondi mal-mira tal-inflazzjoni tal-Bank tar-Russja.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks