Aktar kmieni llum, Bernard Grech tefa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista liċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech.
L-elezzjoni li fiha jridu jivvutaw il-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista mistennija ssir nhar il-Ġimgħa s-27 ta’ Mejju u s-Sibt it-28 ta’ Mejju.
Fuq il-midja soċjali, Bernard Grech qal li hu determinat li bl-appoġġ b’saħħtu tal-kunsilliera jkun jista’ jkompli jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għal partit aktar b’saħħtu u rebbieħ.
Ikkumenta
