Fl-ewwel kummenti tagħha wara r-riżultat tal-bieraħ, ir-rappreżentanta Maltija għall-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, Emma Muscat qalet li għalkemm ma kienx ir-riżultat mistenni, tħossha kburija ħafna bil-prestazzjoni tagħha għaliex tat dak kollu li setgħet.

Emma rringrazzjat lil dawk kollha li emmnu fiha mill-bidu, lit-tim kollu li tela’ magħha l-Italja, lill-ġenituri tagħha kif ukoll lil dawk li marru Turin biex jissapportjawha.

Filwaqt li qalet li issa se tgħaddi għall-kapitlu li jmiss f’ħajjitha, esprimiet il-gratitudni tagħha lejn is-sapport li qed tirċievi internazzjonalment. Żiedet tgħid li llum nediet l-album il-ġdid tagħha bl-isem ta’ I Am Emma, imżewwaq b’mużika u emozzjonijiet ġodda.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks