Select Page

Malta għandha tibqa’ tieħu sehem fil-Eurovision Song Contest?

Din hija l-famuża mistoqsija li bosta jistaqsu u jgħaddu l-opinjoni tagħhom dwarha kull sena, partikolarment wara li r-riżultat ma jkunx kif mixtieq minna l-Maltin.

Bosta rreaġixxew u esprimew id-diżappunt tagħhom fuq il-midja soċjali wara li lbieraħ Malta ma rnexxielhiex tikseb postha fil-finali.

Filwaqt li wħud jaħsbu li Emma tat prestazzjoni mill-aqwa u kien ħaqqha tgħaddi għall-finali, oħrajn jaħsbu li ma kinitx l-aħjar prestazzjoni ta’ Emma u saħansitra stennew riżultat bħal dan.

Bħal dejjem, anki għaliex għal ħafna riżultat bħal dan iġib miegħu diżappunt minħabba li kull sena nittamaw li nirbħu dan il-konkors, ħafna jaħsbu li Malta m’għandhiex tibqa’ tipparteċipa, uħud jaħsbu li dan il-konkors huwa ħela ta’ flus li jistgħu jiġu investiti fi proġetti oħra li joffru opportunitajiet lill-kantanti, awturi u kompożituri lokali, filwaqt li oħrajn jaħsbu li Malta għandha tibqa’ tittanta xortiha għaliex fl-aħħar mill-aħħar huwa pjattaforma fejn ir-rebbieħ ikollu l-opportunità li jippromwovi t-talent mużikali tiegħu u lil pajjiżna.

Int x’taħseb?

Erġa’ segwi l-prestazzjoni ta’ Emma waqt it-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest:

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks