Il-European Broadcasting Union żvelat li f’analiżi li saret dwar il-votazzjoni tal-ġurija, wara t-tieni prova tat-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest ġew identifikati irregolaritajiet fil-votazzjoni ta’ sitt pajjiżi.

Din hija l-istess semifinali li ħadet sehem fiha r-rappreżentanta Maltija, Emma Muscat bil-kanzunetta I Am What I Am.

Fi stqarrija, il-European Broadcasting Union qalet li ladarba jiġu konkluda l-investigazzjoni, għandha dritt li tneħħi l-voti li jkunu saru b’intenzjoni li jimmanipulaw il-votazzjoni, skont l-istruzzjonijiet uffiċjali tal-votazzjoni, irrispettivament minn jekk dawn il-voti jaffettwawx ir-riżultat.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks