Ftit wara li qara l-punti ta’ Malta waqt il-finali tas-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, il-kantant Aidan, għal darb’oħra rringrazzja lIl Television Malta tal-opportunità li tawh u qal li jinsab kuntent li tkellem bil-Malti quddiem 200 miljun persuna.

Aidan ikklassifika fit-tieni post fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Ritmu.
Malta tat punt lil Greċja, 2 punti lill-Ażerbajġan, 3 punti lir-Repubblika Ċeka, 4 punti lill-Polonja, 5 punti lill-Estonja, 6 punti lill-Awstralja, 7 punti lill-Italja, 8 punti lir-Renju Unit, 10 punti lill-Iżvezja u 12-il punt lil Spanja.
Ikkumenta
